21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/40
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-5 ta’ Ottubru 2009 — de Brito Sequeira Carvalho vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs de Brito Sequeira Carvalho
(Kawżi magħquda T-40/07 P u T-62/07 P) (1)
(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave - Leave tal-mard - Tqegħid ex officio fuq leave tal-mard - Estensjoni ex officio tal-leave tal-mard - Eżami mediku preliminari ġdid - Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Bdil fis-suġġett tal-kawża”)
2009/C 282/76
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: José António de Brito Sequeira Carvalho (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: O. Martins, avukat) (T-40/07 P); u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin, aġent, assistit minn C. Falmagne, avukat) (T-62/07 P)
Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin, aġent, assistit minn C. Falmagne, avukat) (T-40/07 P); u José António de Brito Sequeira Carvalho (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: O. Martins, avukat) (T-62/07 P)
Suġġett
Żewġ appelli mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-13 ta’ Diċembru 2006, de Brito Sequeira Carvalho vs Il-Kummissjoni (F-17/05, Ġabra SP p. I-A-1-149 u II-A-1-577), intiżi għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell fil-Kawża T-40/07 P huwa miċħud.
(2)
Fil-Kawża T-40/07 P, José António de Brito Sequeira Carvalho għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(3)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-13 ta’ Diċembru 2006, de Brito Sequeira Carvalho vs Il-Kummissjoni (F-17/05, ĠabraSP p. I-A-1-149 u II-A-1-577), hija annullata sa fejn din annullat id-deċiżjoni tat-13 ta’ Lulju 2004 u d-deċiżjonijiet ta’ estensjoni ex officio tal-leave tal-mard sussegwenti għad-deċiżjoni tat-22 ta’ Settembru 2004.
(4)
Ir-rikors ippreżentat minn J.-A. de Brito Sequeira Carvalho quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-17/05 huwa miċħud bħala inammissibbli f’dak illi jirrigwarda d-deċiżjoni tat-13 ta’ Lulju 2004 u d-deċiżjonijiet ta’ estensjoni ex offiċio tal-leave tal-mard sussegwenti għad-deċiżjoni tat-22 ta’ Settembru 2004.
(5)
Il-kumplament tal-appell fil-Kawża T-62/07 P huwa miċħud.
(6)
Fil-Kawża T-62/07 P, J.-A. de Brito Sequeira Carvalho għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu fir-rigward kemm tal-istanza quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll ta’ din l-istanza.
(7)
Fil-Kawża T-62/07 P, il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż ta’ J.-A. de Brito Sequeira Carvalho fir-rigward kemm tal-istanza quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 82, 14.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy