10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2011 — Dow Chemical et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-42/07) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-gomma butadiene u tal-gomma styrene butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Gravità u tul tal-ksur - Ċirkustanzi aggravanti)
2011/C 269/91
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Dow Chemical Company (Midland, Michigan, l-Istati Uniti); Dow Deutschland Inc. (Schwalbach, il-Ġermanja); Dow Deutschland Anlagengesellschaft mbH (Schwalbach); u Dow Europe GmbH (Horgen, l-Isvizzera) (rappreżentanti: inizjalment minn D. Schroeder, P. Matthey u T. Graf, sussegwentement minn D. Schroeder u T. Graf, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M. Kellerbauer, V. Bottka u J. Samnadda, sussegwentement minn M. Kellerbauer, V. Bottka u V. Di Bucci, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament, għal dak li jirrigwarda The Dow Chemical Company, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5700 finali, tad-29 ta’ Novembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.638 — gomma butadiene u gomma styrene butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni b’emulsjoni), jew l-annullament, għal dak li jirrigwarda Dow Deutschland Inc., tal-Artikolu 1 tal-imsemmija deċiżjoni jew it-tnaqqis, għal dak li jirrigwarda r-rikorrenti flimkien, tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqhom.
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 1(b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5700 finali, tad-29 ta’ Novembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.638 — gomma butadiene u gomma styrene butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni), huwa annullat sa fejn jistipula li Dow Deutschland Inc. ipparteċipat fil-ksur inkwistjoni mill-1 ta’ Lulju 1996 sas-27 ta’ Novembru 2001 minflok mit-2 ta’ Settembru 1996 sas-27 ta’ Novembru 2001.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Dow Chemical Company, Dow Deutschland, Dow Deutschland Anlagengesellschaft mbH u Dow Europe GmbH huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll 90 % mill-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(4)
Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati 10 % tal-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 82, 14.04.2007.
Full & Egal Universal Law Academy