22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/32
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Ottubru 2008 — Neophytou vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-43/07 P) (1)
(“Appell - Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent - Kompożiżżjoni tal-Bord tal-Għażla għall-eżamijiet orali - Prinċipju ta' trattament ugwali - Motivi ġodda - Żball ta' liġi - Appell parzjalment infondat u parzjalment fondat - Rinviju quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku’)
(2008/C 301/52)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Neophytos Neophytou (Itzig, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-13 ta' Diċembru 2006, Neophytou vs Il-Kummissjoni (F-22/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u li għandu bħala għan l-annullament ta' din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta' Diċembru 2006, Neophytou vs Il-Kummissjoni (F-22/05, li għadha ma ġietx ippubblikata), hija annullata safejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddikjara inammissibbli l-ilmenti, bl-eċċezzjoni tal-aħħar wieħed, imqajma minn Neophytos Neophytou matul is-seduta fl-ewwel istanza u miġbura fil-qosor fil-punt 27 ta' din is-sentenza.
2)
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.
3)
Il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea.
4)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 82, 14.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy