8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/38
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Settembru 2008 — ratiopharm vs UASI (BioGeneriX)
(Kawża T-47/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BioGeneriX - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 285/69)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ratiopharm GmbH (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment S. Völker, imbagħad minn S. Völker u A. Schabenberger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta' Diċembru 2006 (R 1047/2004-4) rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BioGenerix bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ratiopharm GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 82, 14.4.2007
Full & Egal Universal Law Academy