22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/33
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ottubru 2008 — Agrar-Invest-Tatschl vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-51/07) (1)
(Irkupru a posteriori ta' dazji fuq l-importazzjoni - Zokkor mill-Kroazja - Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Avviż għall-importaturi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali - Bona fide)
(2008/C 301/53)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Agrar-Invest-Tatschl GmbH (St. Andrä im Lavanttal, l-Awstrija) (rappreżentanti: U. Schrömbges u O. Wenzlaff, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u S. Schønberg, bħala aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5789 finali, tal-4 ta' Diċembru 2006.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Agrar-Invest-Tatschl GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 95, 28.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy