10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2011 — Trade-Stomil vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-53/07) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-lastiku tat-tip butadiene u tal-lastiku tat-tip emulsion styrene butadiene - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Parteċipazzjoni fl-akkordju - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Gravità u tul tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti)
2011/C 269/94
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Trade-Stomil sp. z o.o. (Łódź, il-Polonja) (rappreżentanti: F. Carlin, barrister, u E. Batchelor, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment X. Lewis u V. Bottka, sussegwentement V. Bottka u V. Di Bucci, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament, sa fejn tirrigwarda lil Trade-Stomil sp. z o.o., tad-Deċiżjoni C(2006) 5700 finali tal-Kummissjoni, tad-29 ta’ Novembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.638 –Lastiku tat-tip butadiene u lastiku tat-tip emulsion styrene butadiene), jew, sussidjarjament, għall-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq Trade-Stomil.
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni C(2006) 5700 finali tal-Kummissjoni, tad-29 ta’ Novembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.638 –Lastiku tat-tip butadiene u l-lastiku tat-tip emulsion styrene butadiene) hija annullata sa fejn tirrigwarda lil Trade-Stomil sp. z o.o.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 95, 28.04.2007.
Full & Egal Universal Law Academy