15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/49
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni vs Economidis
(Kawża T-56/07) (1)
(Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Annulament fl-ewwel istanza tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrigwarda l-ħatra f'post ta' kap ta' unità - Ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent - Ħatra ta' kandidat ieħor - Determinazzjoni tal-grad tal-post li għandu jimtela fl-avviż ta' post vakanti - Prinċipju ta' separazzjoni tal-grad u tas-servizz - Appell fondat - Kawża fi stat li tiġi deċiża - Ċaħda tar-rikors)
(2008/C 209/86)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)
Konvenuta: Ioannis Economidis (Woluwé-Saint-Étienne, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)
Intervenenti in sostenn tal-parti rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos u A. Lukošiūtė, aġenti); Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simm u I. Sulce, aġenti); u Il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Stenier u B. Schäfer, aġenti)
Suġġett
Appell kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) ta' l-14 ta' Diċembru 2006, Economidis vs Il-Kummissjoni (F-122/05, li għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra), u li tirrigwarda l-annullament ta' din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-14 ta' Diċembru 2006, Economodis vs Il-Kummissjoni (F-122/05, li għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra), hija annullata.
2)
Ir-rikors ippreżentat mis-Sur Ioannis Economidis quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-122/05 huwa miċħud.
3)
Is-Sur Economidis u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati ma' l-istanza quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u kif ukoll ma' din l-istanza
4)
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 95, 28.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy