15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/50
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2008 — BYK vs UASI (Substance for Success)
(Kawża T-58/07) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Substance for Success - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)
(2008/C 209/87)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: BYK-Chemie GmbH (Wesel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Kroher u E. Hettenkofer, avocats)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tad-9 ta' Jannar 2007 (Każ R 816/2006-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Substance for Success bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
BYK-Chemie GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 95, 28.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy