10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2011 — Polimeri Europa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-59/07) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-gomma butadiene u tal-gomma styrene butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Ksur uniku - Prova tal-eżistenza tal-akkordju - Multi - Gravità u tul tal-ksur - Ċirkustanzi aggravanti)
2011/C 269/95
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Polimeri Europa SpA (Brindisi, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa u F. Moretti, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, G. Conte u V. Bottka, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5700 finali, tad-29 ta’ Novembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.638 — gomma butadiene u gomma styrene butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni), jew sussidjarjament, l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq Polimeri Europa SpA.
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 2(ċ) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5700 finali, tad-29 ta’ Novembru 2006, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.638 — gomma butadiene u gomma styrene butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni), huwa annullat sa fejn dan jiffissa l-ammont tal-multa imposta fuq Polimeri Europa SpA għal EUR 272.25 miljun.
(2)
L-ammont tal-multa imposta fuq Polimeri Europa hija ffissata għal EUR 181.5 miljun.
(3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(4)
Kull parti tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 95, 28.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy