10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/25
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-60/07) (1)
(“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju - Settur tal-frott u l-ħaxix - Protezzjoni tal-ambjent - Proċedura amministrattiva’)
(2009/C 6/50)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, abogado del Estado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: F. Jimeno Fernández, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/932/KE, tal-14 ta' Diċembru 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu infiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 355, p.96), sa fejn din teskludi ċertu infiq magħmul mir-Renju ta' Spanja fis-settur tal-frott u ħaxix.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 95, 28.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy