1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2010 — Mäurer + Wirtz vs UASI — Exportaciones Aceiteras Fedeoliva (tosca de FEDEOLIVA)
(Kawża T-63/07) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva tosca de FEDEOLIVA - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti TOSCA - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ argument - Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2010/C 113/62
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mäurer + Wirtz GmbH & Co. KG (Stolberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Eickemeier, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Exportaciones Aceiteras Fedeoliva, AIE (Jaén, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-18 ta’ Diċembru 2006 (Każ R 761/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mülhens GmbH & Co. KG u Exportaciones Aceiteras Fedeoliva, AIE.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-18 ta’ Diċembru 2006 (Każ R 761/2006-2) hija annullata inkwantu hija tiċħad l-oppożizzjoni mressqa abbażi tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja).
(2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
(3)
Mäurer + Wirtz GmbH & Co. KG u l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 95, 28.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy