24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/26
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 — Ford Motor vs UASI (FUN)
(Kawża T-67/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FUN - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta' karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2009/C 19/49)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniz
Partijiet
Rikorrenti: Ford Motor Co. (Dearborn, Michigan, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Ingerl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta' Diċembru 2006 (Każ R 1135/2006-2) li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali FUN bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 ta' Diċembru 2006 (Każ R 1135/2006 2), hija annullata.
2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 95, 28.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy