21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/36
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-28 ta' Jannar 2009 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-74/07) (1)
(“FEŻR - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja - Modifika tal-pjan ta' finanzjament mingħajr il-kunsens tal-Kummissjoni - Rati massimi ta' finanzjament previsti għal miżuri speċifiċi - Kunċett ta' modifika sostanzjali - Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88 - Obbligu ta' motivazzjoni - Rikors għal annullament’)
(2009/C 69/83)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u C. Blaschke, aġenti, assistiti minn C. von Donat, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Wilms u L. Flynn, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 7271, tas-27 ta' Diċembru 2006, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħtija lill-Programm Operazzjonali taħt l-inizjattiva Komunitarja INTEREG II fir-reġjuni ta' Saarland, Lorraine u Westpfalz.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 95, 28.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy