2.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 197/23
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Ġunju 2008 — SHS Polar Sistemas Informáticos vs UASI — Polaris Software Lab (POLARIS)
(Kawża T-79/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva POLARIS - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti POLAR - Raġuni relattiva għal rifjut - Improbabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 197/39)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: SHS Polar Sistemas Informáticos, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: C. C. Hernández Hernández, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: Polaris Software Lab Ltd (Chennai, l-Indja)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-8 ta' Jannar 2007 (każ R 658/2006-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn SHS Polar Sistemas Informáticos, SL u Polaris Software Lab Ltd.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
SHS Polar Sistemas Informáticos, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 95, 28.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy