7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/56
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Settembru 2009 — JanSport Apparel vs UASI (BUILT TO RESIST)
(Kawża T-80/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BUILT TO RESIST - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 267/96
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: JanSport Apparel Corp. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Bercial Arias, C. Casalonga u K. Dimidjian-Lecompte, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Laitinen, sussegwentement O. Mondéjar Ortuño, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Jannar 2007 (Każ R 1090/2006-2) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali BUILT TO RESIST bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
JanSport Apparel Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 95, 28.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy