19.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 183/19
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Ġunju 2008 — Gabel Industria Tessile vs L-UASI — Creaciones Garel (GABEL)
(Kawża T-85/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali GABEL - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti GAREL - Rifjut parzjali ta' reġistrazzjoni - Portata ta' l-eżami li għandu jitwettaq mill-Bord ta' l-Appell - Obbligu li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors fl-intier tiegħu - Artikolu 62(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 183/40)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Gabel Industria Tessile SpA (Rovellasca, l-Italja) (rappreżentant: A. Petruzzelli, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u L. Rampini, aġenti)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: Creaciones Garel, SA (Logroño, Spanja)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-25 ta' Jannar 2007 (Każ R 960/2006-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Creaciones Garel, SA u Gabel Industria Tessile SpA.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-25 ta' Jannar 2007 (Każ R 960/2006-2) hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Gabel Industria Tessile SpA u l-UASI għandhom ibatu, kull wieħed minnhom, l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 117, 26.5.2007.
Full & Egal Universal Law Academy