4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/36
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-20 ta’ Mejju 2009 — VIP Car Solutions vs Il-Parlament
(Kawża T-89/07) (1)
(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja - Trasport tal-membri tal-Parlament Ewropew fil-karozza u fil-minibus bis-sewwieq matul il-perijodi ta’ sessjoni fi Strasburgu - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Rifjut tal-komunikazzjoni tal-prezz propost mill-offerent magħżul - Rikors għad-danni”)
2009/C 153/68
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: VIP Car Solutions SARL (Hoenheim, Franza) (rappreżentanti: G. Welzer u S. Leuvrey, avocats)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Petersheim u M. Ecker, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Parlament irrifjuta li jagħti lir-rikorrenti l-kuntratt li kien is-suġġett tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti PE/2006/06/UTD/1, dwar it-trasport tal-membri tal-Parlament fil-karozza u fil-minibus bis-sewwieq matul il-perijodi ta’ sessjoni fi Strasburgu u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni li permezz tagħha l-Parlament Ewropew irrifjuta li jagħti lil VIP Car Solutions SARL il-kuntratt li kien is-suġġett tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti PE/2006/06/UTD/1 hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 117, 29.5.2007.
Full & Egal Universal Law Academy