7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/56
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 — Fratex Indústria e Comércio vs UASI — USA Track & Field (TRACK & FIELD USA)
(Kawża T-103/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TRACK & FIELD USA - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti TRACK & FIELD - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li issa sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 267/97
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Fratex Indústria e Comércio, Ltda (San Paolo, Brażil) (rappreżentant: B. Braga da Cruz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: USA Track & Field, Inc. (Indiana, l-Istati Uniti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Jannar 2007 (Każ R 1061/2005-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Fratex Indústria e Comércio, Ltda u Comércio, Ltda u USA Track & Field, Inc.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Fratex Indústria e Comércio, Ltda hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 140, 23.6.2007.
Full & Egal Universal Law Academy