25.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 272/25
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Settembru 2008 — Alcon vs UASI — *Acri.Tec (BioVisc)
(Kawża T-106/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali BioVisc - Trade marks internazzjonali verbali preċedenti PROVISC u DUOVISC - Motiv relattiv għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 272/47)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alcon Inc. (Hünenberg, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: M. Graf u R. Schulz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: l-ewwel S. Laitinen, wara A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: *Acri.Tec AG Gesellschaft für ophthalmologische Produkte (Hennigsdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. von Welser, avukat)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-8 ta' Frar 2007 (Każ R 660/2006-2) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Alcon Inc. u *Acri.Tec AG Gesellschaft für ophthalmologische Produkte.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Alcon Inc. għandha tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 129, 9.6.2007.
Full & Egal Universal Law Academy