27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2011 — Toshiba vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-113/07) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-proġetti relattivi għal apparat ta’ distribuzzjoni ta’ elettriku iżolat bil-gass - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Tqassim tas-suq - Drittijiet tad-difiża - Prova tal-ksur - Ksur uniku u kontinwu - Multi - Gravità u tul tal-ksur - Motivazzjoni - Ammont inizjali - Sena ta’ referenza)
2011/C 252/71
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Toshiba Corp. (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: inizjalment J. MacLennan, solicitor, A. Schulz u J. Borum, avukati, sussegwentement J. MacLennan u A. Schulz)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Arbault u J. Samnadda, sussegwentement X. Lewis, sussegwentement J. Bourke u F. Ronkes Agerbeek, fl-aħħar nett J. Ronkes Agerbeek u N. Khan, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 6762 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.899 — Apparat ta’ distribuzzjoni ta’ elettriku iżolat bil-gass), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, talba għal emenda tal-Artikoli 1 u 2 tad-deċiżjoni msemmija bil-għan li jiġi annullat jew imnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 2(h) u (i) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 6762 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.899 — Apparat ta’ distribuzzjoni ta’ elettriku iżolat bil-gass), huwa annullat sa fejn jikkonċerna lil Toshiba Corp.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Toshiba għandha tbati tliet kwarti mill-ispejjeż sostnuti mill-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali.
(4)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati kwart mill-ispejjeż sostnuti mill-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali.
(1) ĠU C 140, 23.06.2007.
Full & Egal Universal Law Academy