26.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 107/25
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Marzu 2008 — Suez vs L-UASI (Delivering the essentials of life)
(Kawża T-128/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Delivering the essentials of life - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 107/42)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Suez (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Combeau u D. Régnier, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-2 ta' Frar 2007 (Każ R 811/2006-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Delivering the essentials of life bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Suez hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 140, 23.6.2007.
Full & Egal Universal Law Academy