10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2011 — Schindler Holding et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-138/07) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-installazzjoni u tal-manutenzjoni ta’ liftijiet u ta’ eskalejters - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Manipulazzjoni tas-sejħiet għal offerti - Tqassim tas-swieq - Iffissar ta’ prezzijiet)
2011/C 269/96
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Schindler Holding Ltd (Hergiswil, l-Isvezja); Schindler Management AG (Ebikon, l-Isvezja); Schindler SA (Brussell, il-Belġju); Schindler Deutschland Holding GmbH (Berlin, il-Ġermanja); Schindler Sàrl (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu); u Schindler Liften BV (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Bechtold, W. Bosch, U. Soltész u S. Hirsbrunner, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mojzesowicz u R. Sauer, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simm u G. Kimberley, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 512 finali, tal-21 ta’ Frar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/E-1/38.823 — Liftijiet u eskalejters), jew, sussidjarjament, għal tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors sa fejn dan ġie ppreżentat minn Schindler Management AG.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Schindler Holding Ltd, Schindler SA, Schindler Deutschland Holding GmbH, Schindler Sàrl u Schindler Liften BV huma kkundannati għall-ispejjeż.
(4)
Schindler Management għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(5)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.
(1) ĠU C 155, 07.07.2007.
Full & Egal Universal Law Academy