24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/24
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-14 ta’ Settembru 2009 — Lange Uhren vs UASI (Arranġamenti ġeometriċi fuq il-wiċċ ta’ arloġġ tal-idejn)
(Kawża T-152/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva - Arranġamenti ġeometriċi fuq il-wiċċ ta’ arloġġ tal-idejn - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009)”)
2009/C 256/43
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Lange Uhren GmbH (Glashütte, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schaeffer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Kicia, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Frar 2007 (Każ R 1176/2005-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta arranġamenti ġeometriċi fuq il-wiċċ ta’ arloġġ tal-idejn.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Lange Uhren GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 155, 7.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy