6.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-156/07 u T-232/07) (1)
(Sistema lingwistika - Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi - Pubblikazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha - Emendi - Regolament Nru 1 - Artikoli 27, 28 u 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 1(1) u (2) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)
2010/C 301/37
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: Kawża T-156/07, F. Díez Moreno u, Kawża T-232/07, F. Díez Moreno u N. Díaz Abad, abogados del Estado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall, L. Escobar Guerrero u H. Krämer, sussegwentement minn J. Currall, H. Krämer u J. Baquero Cruz, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentant: D. Kriaučiūnas, aġent) (Kawżi T-156/07 u T-232/07); u r-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: S. Vodina u M. Michelogiannaki, aġenti) (Kawża T-156/07)
Suġġett
Talba għall-annullament, minn naħa, tal-avviż tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/94/07, sabiex tiġi stabbilita lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD 5) fil-qasam tal-informazzjoni, tal-komunikazzjoni u tal-medja (ĠU 2007, C 45 A, p. 3), u, min-naħa l-oħra, tal-avviż tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/95/07, sabiex tiġi stabbilita lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-qasam tal-informazzjoni (librerija/dokumentazzjoni) (ĠU 2007, C 103 A, p. 7).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika Ellenika għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 140, 23.06.2007.
Full & Egal Universal Law Academy