13.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 37/33
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Diċembru 2009 — Cofac vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-159/07) (1)
(“FSE - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Skemi ta’ taħriġ - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ”)
2010/C 37/43
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Cofac — Cooperativa de Formação e Animação Cultural, CRL (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: L. Gomes, J. Ortigão u C. Peixoto, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u A. Steiblytė, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D(2004) 24253, tad-9 ta’ Novembru 2004, li tnaqqas l-ammont tal-għajnuna tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) mogħtija lir-rikorrenti permezz tad-Deċiżjoni C(87)0860, tat-30 ta’ April 1987, għal skemi ta’ taħriġ (fajl 870927 P1)
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Cofac — Cooperativa de Formação e Animação Cultural, CRL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 155, 7.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy