20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/22
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-4 ta' Novembru 2008 — Group Lottuss vs UASI — Ugly (COYOTE UGLY)
(Kawża T-161/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċediment ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva COYOTE UGLY - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti COYOTE UGLY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 327/40)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Group Lottuss Corp., SL (Barċellona, Spanja) (rappreżentanti: J. Grau Mora, A. Angulo Lafora, M. Ferrándiz Avendaño u J. Arribas García, avocats)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Laporta Insa, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Ugly, Inc. (Cornwall, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, M. Blair u C. Balme, solicitors)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta' Marzu 2007 (Każijiet magħquda R 165/2006-2 u R 194/2006-2) dwar proċediment ta' oppożizzjoni bejn Ugly, Inc. u Group Lotuss Corp., SL.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Group Lotuss Corp., SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha kollha, 80 % tal-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (UASI) u 80 % tal-ispejjeż ta' Ugly, Inc.
3)
Ugly għandha tbati 20 % tal-ispejjeż tagħha u 20 % tal-ispejjeż tal-UASI.
(1) ĠU C 155, 7.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy