7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/57
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Settembru 2009 — Pigasos Alieftiki Naftiki Etaireia vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawża T-162/07) (1)
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Unjoni doganali - Prova tal-oriġini Komunitarja tal-prodotti tas-sajd marittimu - Impossibbiltà li jiġu prodotti ċerti dokumenti bħala prova - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Responsabbiltà tal-Komunità fin-nuqqas ta’ imġieba illegali tal-korpi tagħha”)
2009/C 267/98
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Pigasos Alieftiki Naftiki Etairia (Moschato, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Skandamis u E. Perakis, avukati)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Florindo Gijón u M.-M. Joséphidès, sussegwentement F. Florido Gijón u M. Balta, aġenti); u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment E. Cujo, S. Schønberg u M. Konstantinidis, sussegwentement S. Schønberg u M. Patakia, aġenti)
Suġġett
Rikors għad-danni bil-għan li jitħallsu d-danni allegatament subiti mir-rikorrenti wara nuqqas min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jadottaw id-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru, li jaċċettaw bħala prova tal-oriġini Komunitarja ta’ prodotti tas-sajd marittimu dokumenti oħra minbarra l-formola T2M prevista mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Pigasos Alieftiki Naftiki Etaireia hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 155, 7.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy