2.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 197/23
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Ġunju 2008 — Sundholm vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-164/07 P) (1)
(“Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera - Eżerċizzju ta' evalwazzjoni 2003 - Drittijiet tad-difiża - Appell inammissibbli - Appell infondat’)
(2008/C 197/40)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Asa Sundholm (Brusell, Il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)
Il-parti l-oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u M. D. Martin, aġenti, assistit min B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Appell imressaq kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) ta' l-1 ta' Marzu 2007, Sundholm vs Il-Kummissjoni (F-30/05, għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u li huwa intiż għall-annullament ta' din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud
2)
Is-sinjura Asa Sundholm għandha tbati l-ispejjeż tagħha u kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni f'dan l-appell.
(1) ĠU C 155, 7.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy