31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2010 — Mediaset vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-177/07) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Telekomunikazzjonijiet - Sussidji għax-xiri ta’ dekoders diġitali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Esklużjoni tad dekoders li jippermettu r-riċezzjoni ta’ programmi televiżivi mxandra bis-satellita - Vantaġġ - Natura selettiva - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2010/C 209/46
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mediaset SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: K. Adamantopoulos, G. Rossi, E. Petritsi u A. Nucara, avukati, D. O’Keeffe u P. Boyle, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk, G. Conte u E. Righini, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Sky Italia Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment F.E. González Díaz u D. Gerard, sussegwentement F.E. González Díaz, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/374/KE, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 52/2005 (ex NN 88/2005, ex CP 101/2004) li ġiet implementata mir-Repubblika Taljana bis-sussidju għax-xiri ta’ decoders diġitali (ĠU L 147, p. 1).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Mediaset SpA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea u ta’ Sky Italia Srl.
(1) ĠU C 170, 21.07.2007.
Full & Egal Universal Law Academy