8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/39
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-24 ta' Settembru 2008 — Anvil Knitwear vs UASI — Aprile e Aprile (Aprile)
(Kawża T-179/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja Aprile - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ANVIL - Motiv relattiv għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Obbligu ta' motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Artikoli 8(1)(b), 73 u 74 tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 285/71)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Anvil Knitwear, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Würtenberger, R. Kunze u T. Wittmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Laitinen u O. Mondéjar Ortuño, aġenti)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Aprile e Aprile Srl (Argelato, l-Italja)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta' Marzu 2007 (Każ R 1076/2006-2) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Anvil Knitwear, Inc u Aprile e Aprile Srl.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Anvil Knitwear, Inc hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 170, 21.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy