7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/57
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Settembru 2009 — Promomadrid vs UASI (MADRIDEXPORTA)
(Kawża T-180/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MADRIDEXPORTA - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 267/99
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Promomadrid Desarrollo Internacional de Madrid S.A. (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. Aznar Alonso, avocat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Marzu 2007 (Każ R 1130/2006-1) dwar talba għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva MADRIDEXPORTA bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-7 ta’ Marzu 2007 (Każ R 1130/2006-1) hija annullata.
2)
L-UASI hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 155, 07.07.2007
Full & Egal Universal Law Academy