9.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 116/20
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' April 2008 — Eurocopter vs L-UASI (STEADYCONTROL)
(Kawża T-181/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali STEADYCONTROL - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 116/35)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Eurocopter SAS (Marignane, Franża) (rappreżentanti: l-ewwel E. Soler Borda, wara R. Zeineh, avocats)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-12 ta' Marzu 2007 (każ R 8/2006-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali STEADYCONTROL bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Eurocopter SAS hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 170, 21.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy