18.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 167/10
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-3 ta’ Ġunju 2009 — Frosch Touristik vs UASI — DSR touristik (FLUGBÖRSE)
(Kawża T-189/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali FLUGBÖRSE - Data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni relattiva ta’ invalidità assoluta - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 52 (1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)
2009/C 167/20
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Frosch Touristik GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Lauf u T. Raab, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: DSR touristik GmbH (Karlsruhe, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Marzu 2009 (Każ R 1084/2004-4) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn DSR touristik GmbH u Frosch Touristik GmbH.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta’ Marzu 2007 (Każ R 1084/2004- 4) hija annullata.
2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż
(1) ĠU C 183, 4.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy