28.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 126/11
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2012 — Comité de défense de la viticulture charentaise vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-192/07) (1)
(Kompetizzjoni - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment - Nuqqas ta’ interess Komunitarju - Portata tal-ilment - Kompetenza tal-awtur tal-att - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2012/C 126/21
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Comité de défense de la viticulture charentaise (Sainte-Sévère, Franza) (rappreżentant: C.-E. Gudin, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Arbault u V. Bottka, sussegwentement V. Bottka. u L. Malferrari, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni SG-Greffe (2007) D/202076, tat-3 ta’ April 2007, li tiċħad l-ilment fil-każ li jġib miegħu ir-referenza COMP/38863/B2-MODEF relatat ma’ ksur tat-Trattat KE.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Comité de défense de la viticulture charentaise għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 170, 21.07.2007
Full & Egal Universal Law Academy