19.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-205/07) (1)
(Sistema lingwistika - Pubblikazzjoni fis-sit internet tal-EPSO ta’ sejħa għal espressjoni ta’ interess sa biex jitlesta elenku ta’ kandidati li jistgħu jinħatru bħala aġenti kuntrattwali - Pubblikazzjoni fi tliet lingwi uffiċjali - Artikoli 12 KE u 290 KE - Artikolu 82 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Regolament Nru 1)
2011/C 89/32
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: B. Tidore, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tas-sejħa għal espressjoni ta’ interess EPSO/CAST/EU/27/07, sabiex jitlesta elenku ta’ kandidati li jistgħu jinħatru bħala aġenti kuntrattwali sa biex iwettqu attivitajiet varji fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-aġenziji Komunitarji, ippublikata fis-sit internet tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) fis-27 ta’ Marzu 2007.
Dispożittiv
(1)
Is-sejħa għal espressjoni ta’ interess EPSO/CAST/EU/27/07 sabiex jitlesta elenku ta’ kandidati li jistgħu jinħatru bħala aġenti kuntrattwali sa biex iwettqu attivitajiet varji fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-aġenziji Komunitarji, ippublikata fis-sit internet tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal fis-27 ta’ Marzu 2007, hija annullata.
(2)
Ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 170, 21.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy