15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/51
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-1 ta' Lulju 2008 — AWWW vs Eurofound
(Kawża T-211/07) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura Komunitarja għal sejħa għal offerti - Ċaħda ta' offerta - Kriterji għal selezzjoni - Kriterji għal attribuzzjoni - Obbligu ta' motivazzjoni)
(2008/C 209/90)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: AWWW GmbH ArbeitsWelt-Working World (Göttingen, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Schreier, V. Wellens, avukati, u G. Dennis, solicitor)
Konvenuta: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol (Eurofound) (rappreżentant: C. Callanan, solicitor)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Eurofound tas-17 ta' April 2007, li tiċħad l-offerta mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest ta' proċedura Komunitarja għal sejħa għal offerti li tirrigwarda l-provvista ta' servizzi ta' informazzjoni u ta' analiżi relatati mal-kwalità tax-xogħol u l-impjieg, mar-relazzjonijiet industrijali u mar-ristrutturar fuq il-livell Ewropew.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
AWWW GmbH ArbeitsWelt-Working Worldhija hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 183, 4.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy