24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/27
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 — Harman International Industries vs UASI — Becker (Barbara Becker)
(Kawża T-212/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Barbara Becker - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BECKER - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2009/C 19/51)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Harman International Industries, Inc. (Northridge, Kalifornja, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Vanhegan, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Barbara Becker (Miami, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Baronikians, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Marzu 2007 (Każ R 502/2006-1) dwar proċidementi ta' oppożizzjoni bejn Harman International Industries, Inc. u Barbara Becker.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-7 ta' Marzu 2007 (Każ R 502/2006-1) hija annullata.
2)
It-talba ta' Harman International Industries, Inc., għaċ-ċaħda tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Barbara Becker hija miċħuda bħala inammissibbli.
3)
L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Harman International Industries.
4)
Barbara Becker għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 183, 4.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy