14.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2011 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-214/07) (1)
(FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju - Uċuh tar-raba’ li tinħarat - Miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli favur il-gżejjer minuri tal-Eġew)
2011/C 145/36
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: V. Kontolaimos u I. Chalkias, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappresentanti: H. Tserepa-Lacombe, aġent, assistit minn N. Korogiannakis, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/243/KE, tat-18 ta’ April 2007, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju, ċerti spejjeż li saru mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija” (ĠU L 106, p. 55).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 199, 25.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy