29.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/33
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — DSV Road vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-219/07) (1)
(“Unjoni doganali - Importazzjoni ta’ disketti mit-Tajlandja - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 239 tar-Regolament (KE) Nru 2913/92”)
2009/C 205/58
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: DSV Road NV (Puurs, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Poelmans, A. Calewaert u R. de Wit, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Konstantinidis u S. Schønberg, aġenti, assistiti minn F. Tuytschaever, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ April 2007, li tindika lill-awtoritajiet Belġjani li t-teħid inkunsiderazzjoni a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni fuq disketti mit-Tajlandja huwa ġġustifikat u li l-għoti ta’ remissjoni fuq dawn id-dazji mhuwiex iġġustifikat (fajl REC 05/02)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
DSV Road NV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 211, 08.09.2007.
Full & Egal Universal Law Academy