22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/33
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Ottubru 2008 — Imperial Chemical Industries vs UASI (LIGHT & SPACE)
(Kawża T-224/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LIGHT & SPACE - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 301/54)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Imperial Chemical Industries plc (Londra, ir-Renju Uit) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Malynicz, barrister, u V. Chandler, solicitor, u wara minn S. Malynicz, J. Bainbridge u K. Briggs, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Marzu 2007 (Każ R 1631/2006-1), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal LIGHT & SPACE bħala trade mark Komunitarja
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Imperial Chemical Industries plc hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 199, 25.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy