22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2011 — Koninklijke Grolsch vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-234/07) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-birra - Deċiżjoni li tikkonstata ksur uniku u kontinwat tal-Artikolu 81 KE - Partecipazzjoni tar-rikorrenti fil-ksur ikkonstatat - Insuffiċjenza ta’ provi - Nuqqas ta’ motivazzjoni)
2011/C 311/57
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Koninklijke Grolsch NV (Enschede, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: M. Biesheuvel u J. de Pree, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Bouquet, S. Noë u A. Nijenhuis, aġenti, sussegwentement A. Bouquet u S. Noë, assistiti minn M. Slotboom, avukat)
Suġġett
Min-naħa, talba għall-annullament, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)1697 finali, tat-18 ta’ April 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/B-2/37.766 — Suq Olandiż tal-birra), u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1697, tat-18 ta’ April 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/B-2/37.766 — Suq Olandiż tal-birra), hija annullata sa fejn tikkonċerna lil Koninklijke Grolsch NV.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall ispejjeż.
(1) ĠU C 211, 08.09.2007.
Full & Egal Universal Law Academy