7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/59
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 — L-Estonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-263/07) (1)
(“Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għall-Estonja għall-perijodu taż-żmien mis-sena 2008 sas-sena 2012 - Kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni - Trattament ugwali - Artikolu 9(1) u (3), u Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/87”)
2009/C 267/102
Lingwa tal-kawża: L-Estonjan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: L. Uibo, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u T. Tamme, avukati)
Partjiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentant: D. Kriaučiūnas, aġent); u r-Repubblika Slovakka (rappreżentanti: inizjalment J. Čorba, sussegwentement B. Ricziová, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment Z. Bryanston-Cross, sussegwentement L. Seeboruth, u fl-aħħar S. Ossowski, bħala aġenti, assistiti minn J. Maurici, barrister)
Suġġett
L-annullament tad-Deċizjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2007 dwar il-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra nnotifikat mir-Repubblika tal-Estonja għall-perijodu taż-żmien mis-sena 2008 sas-sena 2012, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32)
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2007 dwar il-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra nnotifikat mir-Repubblika tal-Estonja għall-perijodu taż-żmien mis-sena 2008 sas-sena 2012, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni għandha tbati, barra mill-ispejjeż tagħha stess, dawk tar-Repubblika tal-Estonja.
3)
Ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika Slovakka u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
(1) ĠU C 223, 22.9.2007 (Rattifika ĠU C 247, 20.10.2007)
Full & Egal Universal Law Academy