23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2010 — CSL Behring vs Il-Kummissjoni u EMA
(Kawża T-264/07) (1)
(Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Proċedura għal denominazzjoni ta’ prodotti mediċinali orfni - Applikazzjoni għal denominazzjoni tal-fibrinoġen uman bħala prodott mediċinali orfni - Obbligu li tippreżenta l-applikazzjoni għal denominazzjoni qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-marketing - Deċiżjoni tal-EMA dwar il-validità tal-applikazzjoni)
2010/C 288/59
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent): CSL Behring GmbH (Marbourg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Koenig, professur, u F. Leinen, avukat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropej (rappreżentanti: B. Stromsky u B. Schima, aġenti); u l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: V. Salvatore, agent, assistit minn T. Eicke, barrister, u C. Sherliker, solicitor)
Intervenjent insostenn tal-konvenuti: Il-Parlament Ewropej (rappreżentanti: E. Waldherr u I. Anagnostopoulou, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, tal-24 ta’ Mejju 2007, li tiċħad l-applikazzjoni tar-rikorrenti sabiex takkwista d-denominazzjoni tal-fibrinoġen uman bħala prodott mediċinali orfni, fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1999, dwar il-prodotti mediċinali orfni (ĠU Edizzjoni Speċjali, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 21),
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
CSL Behring GmbH hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA).
(3)
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 235, 6.10.2007.
Full & Egal Universal Law Academy