17.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 370/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2011 — Zhejiang Harmonic Hardware Products vs Il-Kunsill
(Kawża T-274/07) (1)
(Dumping - Importazzjoni ta’ twavel għall-mogħdija tal-ħwejjeġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Ukraina - Regolamenti ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Drittijiet tad-difiża - Offerta ta’ impenn ta’ prezz - Trattament kunfidenzjali tal-identità ta’ dawk li ressqu ilmenti)
2011/C 370/34
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Zhejiang Harmonic Hardware Products Co. Ltd (Quzhou, Zhejiang, iċ-Ċina) (rappreżentanti: R. MacLean, solicitor, u Y. Melin, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti minn B. O’Connor, solicitor, u E. McGovern, barrister)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kumissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u K. Talabér-Ritz, aġenti); Vale Mill (Rochdale) Ltd (Rochdale, ir-Renju Unit); Pirola SpA (Mapello, l-Italja); u Colombo New Scal SpA (Rovagnate, l-Italja) (rappreżentanti: G. Berrisch u G. Wolf, avukati)
Suġġet
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2007, tat-23 ta’ April 2007, li jimponi dazju definittiv anti-dumping u jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Ukrajna (ĠU L 4M, 8. 1. 2008, p. 437), sa fejn huwa jimponi dazju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel tal-mogħdija tal-ħwejjeġ prodotti mir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 1 u 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2007, tat-23 ta’ April 2007, li jimponi dazju definittiv anti-dumping u jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Ukraina, huma annullati sa fejn jimponu dazju antidumping definittiv u jwasslu għall-ġbir definittiv tad-dazju provviżorju impost fuq it-twavel għall-mogħdija tal-ħwejjeġ prodotti minn Zhejiang Harmonic Hardware Products Co. Ltd.
(2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ Zhejiang Harmonic Hardware Products.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea, Vall Mill (Rochdale) Ltd, Pirola SpA u Colombo New Scale SpA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 223, 22.09.2007.
Full & Egal Universal Law Academy