24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/28
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 — Ebro Puleva vs UASI — Berenguel (BRILLO'S)
(Kawża T-275/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BRILLO'S - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti li fihom l-element verbali ‘brillante’ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2009/C 19/52)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ebro Puleva, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: P. Casamitjana Lleonart, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Montalto, aġent)
Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Luis Berenguel, SL (El Barranquete-Níjar, Spanja) (rappreżentant: C. Hernández Hernández)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta' Mejju 2007 (Każ R 493/2006-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Ebro Puleva, SA u Luis Berenguel, SL.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ebro Puleva, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 235, 6.10.2007.
Full & Egal Universal Law Academy