6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/32
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Ottubru 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-278/07) (1)
(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà Soċjali - Inċident fuq il-post tax-xogħol - Deċiżjoni ta' għeluq il-proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Nuqqas ta' att li jikkawża preġudizzju - Appell mhux fondat’)
(2008/C 313/57)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitjiet Ewropej (rappreżentant: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-11 ta' Mejju 2007, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-2/06, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), sabiex jiġi annullat dan id-digriet.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni fil-kuntest ta' din l-istanza.
(1) ĠU C 211, 8.9.2007.
Full & Egal Universal Law Academy