10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/27
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — Ecoblue vs UASI — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria (Ecoblue)
(Kawża T-281/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Ecoblue - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BLUE - Raġuni relattiv għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2009/C 6/54)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ecoblue AG (Munich-Bogenhausen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Osterrieth u T. Schmitz, avukati)
Konvenut: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA (Madrid, Spanja)
Suġġett
Appell mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta' April 2007 (Każ R 844/2006-1) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA u ecoblue AG.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
ecoblue AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 235, 6.10.2007.
Full & Egal Universal Law Academy