7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/31
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — MIP Metro vs UASI — Metronia (METRONIA)
(Kawża T-290/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva METRONIA - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti METRO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2009/C 32/58)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. –C. Plate, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Metronia, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Riera Blanco, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta' Mejju 2007 (Każ R 1315/2006-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG u Metronia, SA.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) (Trade marks u Disinni) tad-29 ta' Mejju 2007 (Każ R 1315/2006-2) hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG.
3)
Metronia, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 235, 6.10.2007.
Full & Egal Universal Law Academy