7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/59
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 — Viñedos y Bodegas Príncipe Alfonso de Hohenlohe vs UASI — Byass (ALFONSO)
(Kawża T-291/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ALFONSO - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti PRINCIPE ALFONSO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Portata tal-eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell - Obbligu li tingħata deċiżjoni dwar in-natura integrali tal-appell - Artikolu 62(1) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 2007/2009]”)
2009/C 267/103
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Viñedos y Bodegas Príncipe Alfonso de Hohenlohe, SA (Cenicero, Spanja) (rappreżentanti: M. Lobato García-Miján u B. Díaz de Escauriaza, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u J. Laporta Insa, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: González Byass, SA (Cádiz, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Mejju 2007 (Każ R 1110/2006-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Viñedos y Bodegas Príncipe Alfonso de Hohenlohe, SA u González Byass, SA.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-29 ta’ Mejju 2007 (Każ R 1110/2006-2) hija annullata.
2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 235, 6.10.2007
Full & Egal Universal Law Academy