21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/46
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Diċembru 2008 — Lofaro vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-293/07 P) (1)
(“Appell - Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Terminu sabiex jiġi ppreżentat ilment - Data li fiha jiġi ppreżentat l-ilment - Riċezzjoni mill-amministrazzjoni - Prinċipju taċ-ċertezza legali’)
(2009/C 44/79)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Alessandro Lofaro (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: J.-L. Laffineur, avocat)
Parti l-oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u K. Herrmann, aġent)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-24 ta' Mejju 2007, Lofaro vs Il-Kummissjoni (F-27/06 u F-75/06, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Alessandro Lofaro huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni fil-kuntest ta' din l-istanza.
(1) ĠU C 223, 22.9.2007.
Full & Egal Universal Law Academy